Il-missjoni tal-Isptar ta’ Riabilitazzjoni Karin Grech huwa li jaħdem id f’id mal-pazjenti u l-persuni li jieħdu ħsiebhom, biex jagħti kura sostenibbli, interdixxiplinarju u riabilitazzjoni komprensiva fil-mument li huwa meħtieġ u b’sinerġija ma’ fornituri oħra u b’hekk jimmassimizza l-potenzjal individwali u jottimizza r-riżultati.
Il-viżjoni hija li l-isptar isir ċentru ta’ eċċellenza fdat bil- għoti ta’ kura speċjalizzata u r-rijabilitazzjoni ffukata fuq il-pazjent.